Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal fil-Parlament kif ir-rapport tal-Awditur Ġenerali jikkonferma t-trasparenza fil-proġett tal-power station.
Il-Prim Ministru stieden lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jaqra sew ir-rapport tal-Awditur dwar il-kuntratti mogħtija, fejn qal “jien mill-analiżi li għandi diġà hawnhekk, jingħad li minkejja n-nuqqasijiet fosthom li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni, il-proċess kollu, anke jekk tieħu inkonsiderazzjoni dawn in-nuqqasijiet, ir-riżultat xorta kien ikun l-istess u kien ikun korrett Sur President, jgħid dan l-Awditur”.
B’reazzjoni għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia dwar il-perjodu li ttieħed, il-Prim Ministru qal “se nagħmel aktar stqarrijiet fuq dak li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni, għadni kif irreferejt għalih, l-informazzjoni sfortunatament hija skorretta għax jieħu perjodu li fih l-power station kienet qed taħdem b’open cycle skont il-ftehim li kien sar u se nkunu qed nippubblikaw, għas-sodisfazzjon tal-poplu, l-ammonti li qed inħallsu llum l-ġurnata u kif inhuma irħas min-naħa tal-power station.”