Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa mal-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, sigħat qabel ma’ jingħata bidu għas-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea, li din is-sena se jiffoka fuq possibbiltà ta’ estensjoni ta’ Brexit.
Il-Prim Ministru Muscat kien diġà ddikjara li l-Gvern Malti huwa favur estensjoni għaqlija tal-perjodu tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, iżda dan irid isir bi ftehim u pjan xieraq. Huwa kien fost is-27 mexxejja ta’ Stati Membri Ewropej li llum mistennija jiddeċidu jekk għandhiex tingħata l-estensjoni fuq Brexit, wara li din tintalab b’mod formali mill-Prim Ministru Ingliż, Theresa May.
Intant, l-EU27 mistennia jiddiskutu wkoll l-istrateġija b’rabta mal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, u l-25 sena mit-twaqqif taż-Żona Ekonomika Ewropea.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/03/21/il-pm-fi-brussell-ghal-summit-dwar-l-estensjoni-ta-brexit-2/