Il-Partit Laburista reġa’ kiseb lura l-maġġoranza fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar b’Sindku Laburista.
Il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, irringrazzja lill-poplu ta’ San Pawl il-Baħar talli ta l-fiduċja lill-Partit Laburista b’maġġoranza.
Is-Sindku elett ta’ San Pawl il-Baħar, Alfred Grima qal li hu eċitat u jinsab grat għal kull min ivvotalu. Din il-lokalità għandha wkoll elett kunsillier ta’ 17-il sena f’isem il-Partit Laburista, Carlos Zarb fejn irringrazzja lil kull min ivvotalu u qal li se jkun qed jaħdem qatigħ għall-aħjar tal-lokalità li tant għandu għal qalbu.