Il-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ hija lesta biex tagħti merħba mill-isbaħ lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat. Wara li lbieraħ in-nies ħonqu t-toroq tal-Ħamrun, illum aktar nies ħonqu dawk ta’ Ħaż-Żebbuġ biex jisimgħu d-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Biex illum il-pjazza ewlenija nbidlet f’baħar aħmar ta’ nies, nies li nġabru għax fit-tlieta ta’ Ġunju se jkunu qed jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Partit Laburista għax jemmnu li l-aqwa zmien ta’ pajjizna għadu ġej.