Filmat li tpoġġa fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Waqfet Tal-Linja- Xarabank Autobuses De Leon Malta Public Transport’ juri l-mument li passiġġier, li jidher li huwa ta’ nazzjonalita barranija beżaq fuq ix-xufier li kien qed isuq tal-linja u qallu “There’s a bit of DNA”. Fil-pront, ix-xufier qam għall-istess passiġġier, ġibdu mil-flok u keċċieh minn tal-linja.
Fil-filmat li tpoġġa f’din il-paġna t-Tnejn, ix-xufier jinstema jiskuża ruħu mal-passiġġiera l-oħra għal dak li kienu għadhom kemm raw.