Ġie kkonfermat Sindku Max Zammit għal-lokalità ta’ Ta’ Xbiex.
B’kollox ġew eletti ħames kunsilliera, tlieta f’isem il-Partit Laburista u tnejn f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Għall-Partit Laburista nsibu lil Max Zammit, Rosario Portelli u Oriana Calleja filwaqt li għall-Partit Nazzjonalista ġew eletti Louise Cachia Castelletti u Eugenio Muscat.
Is-Sindku Max Zammit spjega kif jinsab grat u kif se jkun qed jaħdem id f’id mat-tim kollu biex jaħdmu favur il-lokalità. Qal kif din id-darba jidher li l-Partit Laburista kiseb kważi bid-doppju l-voti f’Ta’ Xbiex.