Il-Partit Laburista kiseb maġġoranza fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn ġie elett Dr. Malcolm Paul Galea bħala Sindku tal-lokalità.
F’kumment ma’ ONE News, Dr. Galea qal li jinsab grat immens għal kull min ivotalu u se jkun qed jaħdem għall-aħjar tal-lokalità flimkien ma’ sħabu li ġew eletti fil-Kunsill Lokali.