Fuq l-internet qabad idur dan il-filmat li jgħid li hu l-aħħar filmat tad-Dwejra qabel waqgħet.
Taf int, minn x’ħin it-tieqa niżlet kulħadd ried jgħid xi ħaġa dwarha. Minn tella’ ritratt mal-maħbuba jew maħbub quddiem it-tieqa meta kienet għadha sħiħa, min qalilna liem kien l-aħħar ritratt li ħa hu u min b’xi ċajta.
F’dan il-każ kien hemm min ħoloq dik li setgħet kienet ix-xena ta’ x’ħin it-tieqa telqet darba għal dejjem. Jispikka kif l-għajjat ta’ “Madonna Madonna” beda qabel bdiet taqa’ t-tieqa. Imma min jaf forsi minn kien hemm għandu xi sens żejjed mal-ħamsa li għandu kulħadd. Ma naħsbux. Mid-dehra anke l-mogħża bħalna.