Il-ħaddiema tas-salvataġġ fl-Italja salvaw il-ħajja mhux biss tal-bnedmin li nstabu midruba taħt il-borra, wara valanga, iżda anke ta’ tliet ġriewi.
Fost id-dieqa, wara jiem ta’ ħidma u sejbiet ta’ katavri, tispikka s-sens ta’ sodisfazzjoni u tbissima fuq fomm il-ħaddiema li sabu ħajjin dawn il-klieb li kienu ilhom sigħat twal f’kesħa xxoqq il-għadam taħt is-silġ.
Din l-aħbar ħelwa tagħti tama lill-ħaddiema tas-salvataġġ li jsibu t-23 persuna li għadhom irrapportati nieqsa. Dan il-filmat juri l-mument li dawn it-tlett ġriewi, l-ġmiel tagħhom, instabu mill-ħaddiema tas-salvataġġ.