Dan il-filmat li tpoġġa fuq is-sit soċjali facebook qed joħloq diskussjoni ma taqta’ xejn dwar il-mertu ta’ dan il-każ. Il-filmat juri l-mument li sewwieq ta’ karozza jtajjar ċiklist f’Ħaż-Żabbar hekk kif ma lemħux ħiereġ minn bejn il-karozzi.
Iċ-ċiklist ma kien liebes ebda ħwejjeġ protettivi u l-elmu kien imdendel mar-rota. Il-filmat filfatt juri kif is-sewwieq tal-karozza ma kellux ċans iwaqqaf il-karozza. B’xorta tajba ċ-ċiklist ma sofriex ġrieħi gravi hekk kif huwa qam mill-art u reġa’ beda jsuq ir-rota tiegħu. Dan juri l-importanza u jsaħħaħ l-appell tal-awtoritajiet biex kulħadd ikun responsabbli fit-triq biex inċidenti bħal dawn jiġu evitati.