Jum il-Mara huwa ċelebrazzjoni tal-kontribut li n-nisa jagħtu lis-soċjetà; fil-familji tagħhom, fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom u fil-komunitajiet fejn jgħixu; bħala ommijiet, bħala nisa f’relazzjonijiet, bħala ħbieb, bħala studenti, bħala ħaddiema, bħala ċittadini, u bħala mexxejja.
Irridu nammettu, li hemm min hu xettiku, dwar ir-relevanza ta’ dan il-jum.
Hemm min jistaqsi, għaliex tingħata din l-attenzjoni, lir-rwol tan-nisa fis-soċjetà, f’dan il-jum partikolari?
Ikolli nistqarr, li naqbel magħhom, għaliex l-importanza ta’ dak li ngħidu llum, m’għandux ikun limitat, għal jum wieħed biss fis-sena. Anzi, dak li nirriflettu fuqu llum, għandu jkun rifless, fix-xogħol li nagħmlu, favur l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, tul is-sena kollha.
Hekk jibda l-messaġġ tal-President ta’ Malta għal Jum il-Mara, li tista’ ssegwi hawn.