Fl-Udejnza Ġenerali ta’ nhar t’Erbgħa fil-Vatikan, il-Papa Franġisku għamel bosta referenzi għall-poplu Malti u sejjaħ lil Maltin bħala bravi, miti u akkoljenti.
Il-Papa Franġisku qal dan wara li nqrat il-ġrajja fil-Bibja tan-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta bil-Papa jfakkar kif il-Maltin laqgħu lill-Appostlu San Pawl fuq arthom u lil dawk miegħu li ġarrbu n-nawfraġju.
Fil-fatt id-diskors tal-Papa fl-Udjenza kien iddedikat kollu għal riflessjonijiet dwar in-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. U kien hawn li għamel parentesi biex jiddeskrivi lil Maltin bħala “bravi, miti u akkoljenti”.
Il-Papa qal: “Ma i Maltese sono bravi, sono miti, sono accoglienti.”
Huwa żied jgħid li f’Malta m’hawnx lifgħat u kellu kliem sabiħ ħafna għall-poplu Malti li ddeskrivieh bħala poplu tajjeb ħafna.
Il-Papa stqarr: “Non ci sono viperi a Malta. E se la benedizione di Dio all’accoglienza di questo popolo tanto buono.”