Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħa sehem fis-Summit tal-Pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa fejn intlaħaq ftehim dwar il-linji li se jiġu adottati dwar Brexit meta jiltaqgħu l-kapijiet kollha tal-istati Ewropej fi Brussell fl-aħħar tax-xahar.
Fil-bidu tal-laqgħa l-Prim Ministru għamel preżentazzjoni dwar il-progress tal-Presidenza Maltija u dwar is-sitwazzjoni tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari dwar il-linji gwida li ġew preżentati f’Malta dwar Brexit. Hu sostna dwar kemm hu importanti li jkun hemm għaqda bejn is-27 membru stat, u li l-ftehim ikun ġust filwaqt li jħares l-interessi taċ-ċittadini Ewropej.