Il-migrazzjoni kien is-suġġett li l-aktar iddomina fis-summit tal-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li qed isir propju llum u li għadu ma ntemmx. F’kummenti li ta ftit tal-hin ilu lill-ġurnalisti il-Prim Ministru Joseph Muscat innota li kien hemm bidla fl-atitudni fost il-mexxejja Ewropej. Il-punt li qed tressaq Malta qed jintlaqa’.
Jiġifieri li l-isfida tal-migrazzjoni għandha tkun indirizzata billi l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar is-suġġett għandha tinvolvi pajjiżi bħat-Turkija li miegħu diġa hemm ftehim. Huwa għalhekk li dan is-suġġett se jkun indirizzat ukoll fi Frar meta l-mexxejja jiltaqgħu f’pajjizżna.
Dwar Brexit, li għadu se jiġu diskuss f’dan is-Summit, f’kumment mal-gurnalisti il-Prim Ministru Joseph Muscat, qal li hemm ħsieb komuni fost il-mexxejja kollha tal-Unjoni Ewropea. Jiġifieri dak li r-Renju Unit irid ikollha ftehim li jkun inferjuri ghal dak ta’ sħubija. Pero kollox jiddependi minn kif ir-Renju Unit irid il-proċess ta’ ħruġ.
Dwar is-sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja , l-Prim Ministru qal li fl-istess waqt l-Unjoni Ewropea uriet atitudni li trid titkellem mar-Russja, tara li dak qed isir fl-Ukrajna ikunu rispettati l-ftehim ta’ Minsk, madanakollu hemm realtajiet ġeopolitiċi.