Klaus Peter Reisch, il-Kaptan tal-bastiment MV Lifeline, dalgħodu mar quddiem il-Qorti b’tebut. Hu deher akkumpanjat minn numri ta’ persuni oħra.
Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juru ‘funeral’ quddiem il-Qrati Maltin, b’tebut imgeżwer bil-bandiera tal-Unjoni Ewropea, u diversi persuni liebsin l-iswed.
Reisch, ta’ 57 sena minn Munich, jinsab il-Qorti b’akkuża li fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda injora l-ordnijiet tal-Gvern Taljan li l-gwardji tal-kosta Libjana jmorru għal iktar minn 200 immigrant li kienu fiż-żona Libjana ta’ tiftix u salvtaġġ.
Minflok, il-bastiment MV Lifeline mar u għabba l-immigranti biex eventwalment il-każ żviluppa f’wieħed ikkumplikat u biex l-affarijiet jikkumplikaw iktar irwieħhom tul l-investigazzjonijiet sar magħruf li l-bastiment għandu problemi bir-reġistrazzjoni tiegħu.