L-Unjoni Ewropea kompliet issaħħaħ ir-relazzjoni tagħha mal-Ażerbajġan permezz ta’ ftehim li se jkompli jqarreb liż-żewġ naħat fuq bosta oqsma ekonomċi.
Fi Brussell, il-President tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev kellu laqgħat mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk.
Huma ftehmu li l-Unjoni Ewropea u l-Ażerbajġan isaħħu r-rabtiet bejniethom fuq diversi oqsma.
L-għan ta’ dan il-ftehim huwa li joħloq opportunitajiet ekonomiċi għaż-żewġ naħat filwaqt li jippromovi l-governanza tajba u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.
L-Unjoni Ewropea segwit pajjiżi oħra bħal Malta li kienu minn ta’ quddiem li bdew jibnu relazzjonijiet mal-Ażerbajġan, pajjiż żgħir iżda b’opportunitajiet kbar speċjalment fis-settur tal-enerġija. Dan minkejja li fuq livell lokali, l-Oppożizzjoni ħarġet qatta’ bla ħabel kontra dan il-pajjiż li l-Kummissarji Ewropej ħeġġu biex l-Ażerbaġjan jitqies bħala sieħeb strateġiku għall-Unjoni Ewropea.
Saħansitra fis-snin li għaddew l-Unjoni Ewropea iffirmat ftehim fuq provvista tal-gass li jiġi mill-Ażerbajġan lejn l-Ewropa.
Il-ftehim iffirmat dan l-aħħar huwa parti minn dak imsejjaħ bħala Partnership li l-Unjoni Ewropea trid tibni ma’ pajjiżi fil-Lvant u qrib stati membri.
Dan l-aħħar ftehim ġie ffirmat mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ Ażerbajġan Elmar Mammadyarov u r-Rappreżentanza għolja tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtá Federica Mogherini.