Il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni għandhom ħsibijiet differenti dwar l-idea ta’ armata komuni għall-Unjoni Ewropea.
Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jimbotta l-ħsieb li din tkun diskussa, il-Prim Ministru għamel dikjarazzjoni ċara li ma jaqbilx li l-Unjoni Ewropea tieħu dan il-pass.
F’mument fejn l-Unjoni Ewropea għaddejja b’diskussjoni dwar il-ġejjieni tagħha, il-Prim Ministru kien mistoqsi dwar dan fuq il-programm Dissett.