Tul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li pajjiżna bħalissa għandu t-tmum tagħha, il-ħidma tal-Pulizija Maltija tkompli bl-għan li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ sigurtà.
F’dan il-filmat is-Surġent Christoper Formosa jispjega li l-maġġoranza tal-ħidma tal-Pulizija ssir minn wara l-kwinti, b’impenn u dedikazzjoni.
Issir ħafna ħidma qabel attività tibda f’pajjiżna, li tinvolvi sezzjonijiet differenti. Fosthom, il-klieb imħarġa fl-isplussiv u l-Bomb Disposal Unit li huma parti mill-Armata ta’ Malta.
Il-ħidma ma tintemmx mal-bidu tal-attività, iżda tkompli sa tmiemha hekk kif is-sorvjelanza tal-Pulizija hija kruċjali biex dawn l-attivitajiet joffru spazju sigur mhux biss għal Maltin iżda anke għal dawk li jiġu f’pajjiżna.