“Ħalluh jegħreq” – Din kienet ir-reazzjoni ta’ dawk li raw immigrant mill-Afrika jegħreq fil-Grand Canal, Venezja. Quddiem xena ta’ niket bħal din turisti u nies tal-lokal ġibdu filmati ta’ dak li huwa maħsub suwiċidju bil-mobile tagħhom.
Pateh Sabally, immigrant żagħżugħ ta’ 22 sena deher jaqbeż fl-ilma u jgħum lejn in-nofs tal-kanal. Mijiet ta’ persuni raw lil Pateh f’diffikultá u minkejja l-kliem “ħalluh jegħreq” xorta waħda kien hemm min għażel li jipprovdilu l-għajnuna permezz ta’ life jackets, iżda ż-żagħżugħ għażel li ma jużahomx. Deċiżjoni li wasslet għall-ispekulazzjoni li dan kien suwiċidju.
Il-maġistrati Taljani fetħu investigazzjoni b’rabta ma dan il-każ wara li dan il-filmat deher fuq il-midja soċjali hekk kif fih jinstemgħu kummenti razzisti. B’wieħed mill-persuni jgħajjat: ‘Mur lura f’darek.”