Raġel li m’għandux fejn jgħix, u li jgħix fit-toroq ta’ Majorca, fi Spanja spiċċa bla kliem u b’demgħa f’għajnejh wara li hairdresser li joffri s-servizzi tiegħu f’dan il-post offra li jagħmilu makeover mingħajr ħlas.
Is-sid tas-salon La Salvajeria, ltaqa’ ma’ dan ir-raġel bħala parker mingħajr liċenzja.
Kien propju l-filmat li tpoġġa fuq il-midja soċjali li ġibed l-attenzjoni ta’ eluf ta’ persuni, filfatt il-filmat li tpoġġa minn dan is-salon rawh aktar minn 400,000 persuna fi żmien jumejn.
Ir-reazzjoni tar-raġel kienet: ” Inkreddibbli, dan jien? Kemm jien differenti żgur li ħadd m’hu se jagħrafni.”
Dan ir-raġel kien jaħdem bħala electrician, iżda llum ilu 25 snin jgħix fit-toroq ta’ Majorca. Huwa magħruf sew man-nies tal-lokal, hekk kif jgħinhom jipparkjaw biex jaqla’ xi ħaġa tal-flus. Dan il-ġest sar fl-okkażżjoni ta’ tliet snin anniversarju tas-salon La Salvajeria, liema ġest kien deskritt bħala mill-isbaħ minn numru ta’ nies iżda l-mistoqsija tagħhom kienet, x’se jiġri ladarba r-raġel jerġa’ jiġi fl-istat ta’ qabel.
Ir-raġel kien sorpriż kemm in-nies bdew iħarsu differenti lejh wara din it-trasformazzjoni.
Dan huwa r-raġel wara dan il-ġest mill-isbaħ: