L-investiment li beda jiġbed Għawdex anke fis-settur tat-teknoloġija tal-informatika wassal għal kummenti pożittivi tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija.
Għawdex kien fil-fatt iċ-ċentru tad-diskussjoni fuq il-programm Aġenda, li jixxandar fuq ONE kull nhar ta’ Tlieta.
Fl-edizzjoni tat-Tlieta li għadda, fejn fost il-mistiedna kien hemm rappreżentanti tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, intqal kif huma dawn it-tip ta’ proġetti li joħolqu xogħol f’Għawdex għal Għawdxin, fejn il-gżira magħrufa għal ġmiel naturali tagħħha ssir attraenti mhux biss għal iktar investituri. Fost il-proġetti li taw dehra ġdida lill Għawdex hemm l-iskola ġdida ta’ Barts.
Isma ftit x’kellhom xi jgħidu l-mistiedna dwar kif Għawdex qed jinbidel: