Sittin persuna ġew appuntati bħala volontiera ġodda fi ħdan id-dipartimenti tal-Protezzjoni Ċivili. Dan wara li temmew b’suċċess it-taħriġ f’livell avvanzat li fost oħrajn jinkludi x’għandu jsir f’każ ta’ diżgrazzji jew inċidenti tal-massa.
L-aġent Direttur Emmanuel Psaila appella lill-volontiera biex ikunu kburin bl-uniformi li se jilbsu u biex ikunu denji lejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-Ministru għall-intern Carmelo Abela qal li d-domanda ta’għajnuna lejn dan id-Dipartiment tibqa’ dejjem u filfatt dalwaqt se toħroġ sejħa oħra għall-pumpiera.
Fost il-volontiera hemm numru ta’ nisa li għażlu li fil-ħin liberu tagħhom ikunu ta’ servizz fid-Dipartiment tal-Protezzjoi ċivili.