Il-Prim Ministru f’kollegament fuq ONE HD qal li l-pajjiż huwa importanti u li l-poplu ta sinjal ċar minkejja l-iktar kampanja negattiva u personalizzata. Sostna li l-poplu għażel il-pożittivitá u għażel li ma jieqafx nofs triq iżda li jkompli jimxi ‘l quddiem.
“Jiena xogħli li bħala prim ministru ngħaqqad il-pajjiż u hekk se nagħmel, se naħdem ma’ kull min irid li Malta timxi ‘l quddiem.”
Spjega t-tama tiegħu li issa ma jkun hemm ħadd li jkompli jħammeġ isem pajjiżna għal raġunijiet partiġġjani. Huwa qal li r-riżultat jirrifletti li l-poplu mhux jaċċetta dan it-tip ta’ għaġir. Il-Prim Ministru kompla jikkumenta li wara l-impenji li għandu Brussell marbuta mal-Presidenza u wara s-sette Giugno, se jkun qed ipoġġi madwar mejda mad-Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona u Louis Grech biex jiġi ffurmat kabinett ladarba l-proċess tal-voti jintemm.
Kabinett għall-ħames snin li ġejjin li fi kliem il-Prim Ministru se jkun qed jagħmel aktar ġid, “Għadkom ma’ rajtu xejn”. Fost oħrajn il-Prim Ministru flimkien ma’ Gvern Laburista se jkun qed jaħdem għal aktar libertajiet ċivili. Il-Parlament se jkun qed jitlaqqa’ fl-aħħar ta’ Ġunju.
Isma’ r-reazzjoni ta’ Joseph Muscat: