Filmat ġdid qed juri lit-tnax-il tifel u l-kowċ tal-futbol tagħhom li nqabbdu f’għar fit-Tajlandja, jgħidu li jinsabu fi stat ta’ saħħa tajjeb.
B’uċuħ daħkana wara din l-esperjenza, huma jintroduċu ruħhom wieħed wieħed.
Il-grupp instab it-Tnejn wara disat ijiem maqbuda fl-għar u minn dakinhar irċivew l-ikel u l-kura medika.