Il-Pulizija ta’ Chicago xandret filmat ta’ pulizija jispara u joqtol ġuvnott ta’ tlettax-il sena.
Il-każ seħħ fid-29 ta’ Marzu li għadda.
Filmat meħud mill-uffiċjal tal-pulizija juri lill-ġuvnott, li iktar tard ġie identifikat bħala Adam Toledo, jidher jiftaħ idejh bħal ma ordnalu l-pulizija bil-Pulizija jinstema’ jgħajjat biex ineħħi l-arma minn idu.
Biss l-arma ma kinitx f’idu hekk kif intwera proprju fil-filmat bil-ġuvnott jidher b’idu miftuħa mingħajr ebda oġġett f’idu.
Litteralment ftit wara tinstema’ sparatura u l-ġuvnott waqa’ mal-art.
Il-Pulizija jinstema’ jgħid lil Toledo biex jibqa’ mqajjem, waqt li aktar uffiċjali tal-pulizija oħra jaslu fuq il-post biex jibdew jagħtuħ l-ewwel għajnuna.
Jidher li aktar tard il-Pulizija qalet kif instabet arma viċin Toledo, li wara ġiet identifikata bħala pistola.
Intqal li l-Pulizija ssejħu fuq il-post wara li ġuvni ta’ wieħed u għoxrin sena, li kien fil-kumpanija ta’ Toledo, spara xi tiri lejn karozza.
Ir-raġel inqabad u ġie akkużat fil-Qorti.
Dan huwa t-tieni każ li fih inqatel ġuvni mill-Pulizija f’temp ta’ ftit jiem wara li Daunte Wright inqatel f’Minneapolis iktar kmieni din il-ġimgħa.