Filmat esklussiv li għandu one.com.mt juri l-inċident li seħħ fit-Triq tal-Barrani lbieraħ u li konsegwenza tiegħu, persuni ttieħdu l-isptar isofru minn ġrieħi.
Juri wkoll li seta’ kien inċident b’konsegwenzi ferm agħar, għaliex hemm pompa tal-petrol ftit passi bogħod minn fejn spiċċat il-karozza li daret minn naħa għall-oħra tat-triq.
Jidher ħiereġ maħsud u muġugħ, ix-xufier tal-vettura li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni taż-Żejtun u li meta kienet fi triqtha, sabet ma’ wiċċha karozza li b’xi mod qasmet it-triq ,li hemm central strip tifridha.