Il-kantanta Maltija Destiny Chukunyere lbieraħ kienet waħda fost l-40 semi-finalisti oħra li ntagħżlu għas-semi-finali ta’ Britain’s Got Talent. Fil-lista ta’ dawk li Destiny se tkun qed tikkompeti magħhom, fost oħrajn tinkludi kantanti, kummidjanti u żeffiena.
Is-semi-finali se jibda jixxandar fuq l-istazzjon ITV minn għada u jibqa’ għaddej sa nhar il-Ġimgħa. Il-finali ta’ din il-kompetizzjoni tant popolari se jsir il-Ħadd 4 ta’ Ġunju.
Destiny Chukunyere rebħet il-Junior Eurovision Song Contest fl-2015 bil-kanzunetta Not My Soul u minn dakinhar qatt ma ħarset lura biex kompliet tikseb aktar suċċessi fil-karriera tagħha. Karriera li għad irridu nistennew u naraw jekk hux se tkun qed twassalha biex tieħu sehem fir-Royal Variety show, li huwa wieħed prestiġjuż li għalih tattendi r-Reġina.
Ara r-reazzjoni ta’ Destiny: