“Le”, kienet ir-risposta skjetta tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia meta mistoqsi f’Xarabank illejla jekk jirriżenjax jekk il-PN jitlef l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej.
Fl-istess nifs li qal li huwa qatt ma jibbaża ruħu fuq allegazzjonijiet, ammetta li ma għandu ebda problema bi Pierre Portelli, l-id il-leminija tiegħu, u protagonist fil-gidba Egrant.