Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal fil-Parlament it-Tnejn li għadda li kumpaniji tal-gaming qegħdin jirrilokaw għall-pajjiżi oħra. L-għada wieġbu l-Prim Ministru Joseph Muscat u qallu li fil-fatt il-ħaddiema fis-settur żdiedu u mhux naqsu.
Iżda, illum fil-Parlament kienet Kristy Debono, deputat tal-Partit Nazzjonalista li qalbet ta’ taħt fuq dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.