Attività tal-Occupy Justice sabiex ifakkru lil Daphne Caruana Galizia, reġgħet kixfet il-firda u l-qasma fil-Partit Nazzjonalista, u li l-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, ma jarawx ghajn m’ghajn mal-fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Alessandra Dee Crespo, attivista tal-Occupy Justice qalet li l-Occupy Justice huma inkwetati bl-attakk li qiegħed isir fuq il-grupp minn Adrian Delia. L-attivistà tal-Occupy Justice staqsiet għaliex Adrian Delia qiegħed jattakkahom u qaltlu – sort it out.
Preżenti, iċapċap u jaqbel ma’ dak li qalet Dee Crespo fuq Adrian Delia, kien hemm Simon Busuttil li fi tmiem l-attività tella’ ritratt fuq Facebook.
Kien hemm Deputati Nazzjonalisti oħrajn li xtaqu jattendu għall-attività tal-Occupy Justice li fiha semma Adrian Delia.
Filfatt id-deputat nazzjonalista Claudette Buttigieg, ikkummentat lil tal-Occupy Justice, u qalitilha li tinsab iddispjaċuta li m’attentidtx ghall-attività li fiha ġie mċanfar, dak li huwa l-Kap tal-Partit tagħha.
“Really sorry I couldn’t be there today. Well Done as always” – kitbet Claudette Buttigieg.
Kif irrappurtat il-Malta Today, Claudette Buttigieg u Beppe Fenech Adami huma fost id-deputati li ffirmaw id-dikjarazzjoni sabiex Adrian Delia ma jibqax Kap Nazzjonalista.
Adrian Delia qieghed jiffaċċja allegazzjonijiet dwar ħasil ta’ flus f’kont bankarju f’jersey li ġejjien mill-prostituzzjoni, kif kienet allegat Daphne Caruana Galizia.
Bir-reazzjoni ta’ Adrian Delia għal dawn l-allegazzjonijiet, fit-tellieqa għall-kap nazzjonalista, kienet billi nfexx jgħajjar lil Caruana Galizia talli ħarġet dawn l-istejjer fuqu.
Iżda tal-Occupy Justice, li minnhom jifforma parti Simon Busuttil, ma ħafruha qatt lil Delia li ghajjarha bicca blogger.
Ma ħafruha lanqas lin-nies ta’ Adrian Delia, li skond kif kienet kitbet Caruana Galizia, fit-tellieqa għall-Kap, nies ta’ Delia kienu bagħtulha messaġġi ta’ theddid u qalulha “Rest in peace”.