L-atleta Maltija Naomi Axisa kisbet deheb oħra għal Malta fl-Olimpijadi Speċjali li qegħdin jittellgħu f’Abu Dhabi.
Axisa rnexxielha tirbaħ id-deheb u titla’ fil-quċċata tal-podju wara li daħlet l-ewwel fit-tellieqa li saret dalgħodu fl-400 metru.
Kienu mumenti kbar ta’ sodisfazzjoni għall-kontinġent Malti hekk kif l-atleta Maltija dehret tirċievi l-midalja tad-deheb fl-isfond tal-innu Malti.