Kien propju fi tmiem is-sena li għaddiet li l-Awditur Ġenerali ħareġ rapport li jikkundanna b’mod ċar il-mod kif sar id-deal dwar iż-żona magħrufa bħala tal-Istabal – fejn kien hemm il-birrerija tal-Lowenbrau.
Kundanna lejn Jason Azzopardi, li dak iż-żmien kien responsabbli mid-dipartiment tal-artijiet. Deal li minnu mar tajjeb il-benefattur ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Żaren Vassallo. F’konferenza tal-aħbarijeit staqsejna lill-Viċi kap tal-Partit Nazzjonalista Mario Demarco li meta semmejna lil Żaren Vassallo u d-deal , DeMarco kien skomdu jwieġeb.