https://www.youtube.com/watch?v=5nJ07anK15c
Is-Sibt waranofsinhar inbdiet operazzjoni ta’ salvataġġ biex mal-elf u tliet mitt persuna jiġu evakwati minn fuq cruise liner ’il barra mill-kosta Norveġiża.
Mezzi tax-xandir Norveġiżi qed jirrapportaw li l-cruise liner kellu xi problemi tekniċi fil-magni, u dan f’temp xejn sabiħ.
Filmati li jidher ittieħdu minn ġewwa l-istess cruiseliner juru l-għamara tiċċaqlaq minn naħa għall-oħra waqt li l-bastiment kien qiegħed jissielet mal-qilla tal-mewġ.
Biex jiġu evakwati l-persuni abbord issejħu numru ta’ ħelikopters, hekk kif il-qawwa tal-baħar kienet qed tagħmilha diffiċli biex dgħajjes oħra jersqu fil-qrib tal-cruisliner. U sas-sigħat bikrin ta’ dalgħodu kienu evakwati mat-tliet mitt persuna.
Iktar tard jidher l-cruiseliner qabad triqtu lejn ix-xatt.
Fost il-persuni abbord, kien hemm xi wħud li sofrew ġrieħi, fosthom anzjana ta’ ’l fuq minn disgħin sena, u żewġ anzjani rġiel ta’ ’l fuq minn sebgħin sena li sofrew ksur serju.