Ċiklist li kien għaddej mill-Mosta qabeż karozza u f’filmat li ttieħed minn kamera mweħħla f’vettura deher jipprova jaqbeż kowċ madwar tliet darbiet.
Dan bil-konsegwenza li għat-tielet darba rnexxielu jaqbeż il-kowċ u sab vettura oħra ma’ wiċċu bix-xufier tal-vettura jidher jinħasad u jieqaf ħesrem sabiex jevita li jolqot liċ-ċiklist.
Huma bosta li kkundannaw dan l-aġir fuq il-midja soċjali fejn sostnew kif ċiklist dejjem għandu joqgħod aktar attent hekk kif fuq rota m’għandux ilqugħ daqs xufier f’vettura.