L-Ingilterra hija t-tielet semi-finalista fit-Tazza tad-Dinja.
Dan wara li għelbet l-isfida tal-Isvezja bl-iskor ta’ tnejn b’xejn.
Bosta membri tat-tim nazzjonali Ingliż lanqas kienu twieldu meta l-Ingilterra kienet waslet fis-semi-final tmienja u għoxrin sena ilu.
F’pajjiżna fosthom f’Buġibba u San Ġiljan spikkaw ċelebrazzjonijiet kbar tal-partitarji tat-tim Ingliż fosthom numru sabiħ ta’ Maltin u ċittadini Ingliżi li jinsabu fuq btala.
L-Ingilterra kompliet bis-sensiela pożittiva f’din il-kompetizzjoni u ngħaqdet ma’ Franza u Belġju li kkwalifikaw mal-aħħar erbgħa lbieraħ filgħaxija.
Ftit tal-ħin ieħor tibda l-aħħar kwarti-finali bejn ir-Russja u l-Kroazja.
FILMAT+RITRATT: SIMEON NECHEV