Il-pulizija ddeskriviet xeni mic-CCTV kameras li qed jitfgħu iktar dawl fuq l-allegat aggressjoni li saret fuq xufier tal-linja.
Il-prosekuzzjoni qalet fil-Qorti li dawn il-filmati juru biċ-ċar li l-allegat akkużat ma kienx qed jiddefendi ruħhu.
Joseph Trabelsi ta’ 28 sena qed ikun akkużat li agredixxa lix-xufier tal-linja fis-16 ta’ April li għadda fil-venda tal-Belt u li prova jikkawżalu ġrieħi gravi permezz ta’arma bil-ponta. Dawn il-filmati, nsistiet il-Prosekuzzjoni, juru li x-xufier u l-akkużat kienu qed jargumentaw waqt li jumejn wara x-xufier kien aggrediet.
Inizzjalment l-inkwiet beda meta Trabelsi prova juża biljett skadut biex jitla fuq tal-linja. Il-Maġistrat reġa ċaħad it-talba għall-arrest flwaqt li żied li dawk li qed jagħmlu xogħlhom għandhom jiġu protetti.