Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, sejjaħ il-midja ftit iktar minn tnax –il sigħa wara li ħareġ fil-beraħ kif DB Group kienu jħallsu s-salarji ta’ uffiċjali għolja tal-Partit Nazzjonalista.
Busuttil ma sejjaħx lill-midja biex jispjega iżda biex jarawh jiltaqa’ ma’ Claudia Faniello. Naturalment, il-ġurnalisti preżenti qalulu li għandhom mistoqsijiet dwar l-aħħar żviluppi. Iżda, it-tweġiba tiegħu kienet biss “no comment.”