Dak li żvelajna matul il-jum, li Simon Busuttil qed iwebbel attivisti fil-Partit Nazzjonalista, b’elezzjoni dalwaqt kien ikkonfermat mill-Kap Nazzjonalista nnifsu fl-ewwel kummenti tiegħu wara laqgħa f’lukanda għall-ogħla uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista. Laqgħa li s-soltu ssir nhar ta’ Tnejn fid-Dar Ċentrali iżda dik tal-lum li damet sigħat saret fil-Floriana. Xi ħaġa li wkoll tqajjem numru ta’ mistoqsijiet. Intant, anke jekk il-laqgħa kienet ristretta aħna konna mgħarrfa b’dan u hemm tlabna r-reazzjoni ta’ Simon Busuttil għal dak li ntqal dwaru riċentament. Kienet din ir-reazzjoni tiegħu.