Li titlef xi ħadd għażiż għalik hija diffiċli speċjalment meta jkun żmien il-festi. Propju f’dawk il-ġranet tiftakar f’dawk il-mumenti li tkun qattgħajt magħhom.
Tispikka l-emozzjoni fuq wiċċ dawn iċ-ċkejknin meta rċivew dan il-pupu speċjali li permezz tiegħu jistgħu jisimgħu l-leħen tan-nannu tagħhom li kien għadu kemm miet.
Huwa tilef ħajtu wara li ħalliel prova jisirqu, u li kawża ta’ hekk sofra minn attakk tal-qalb.
Filmati bħal dawn iġiegħluna nirrealizzaw li t-tfal, minkejja li għadhom żgħar fl-etá, xi kultant, jafu juru l-imħabba u l-emozzjoni aktar mill-adulti u li rigal ċkejken jaf ifisser ħafna meta magħżul bi ħsieb.
so my grandpa passed away tragically about a year ago and my aunt got my sisters a teddy bear that has a recording of my grandpas voice😢❤️ pic.twitter.com/zdjUaghISr
— yenn (@y_jennifer2974) December 25, 2016