Baħar ta’ nies bħalissa qed jsitennew lill-Prim Ministru għal ċelebrazzjoni spontanja quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Partit Laburista fil-Ħamrun.
Il-lewn aħmar u abjad jispikka hekk kif minn jidher baħar ta’ persuni jkantaw, jiċċelebraw u jxejru l-bnadar b’sens ta’ ottimiżmu u kburija.
Dan hekk kif proprju dalgħodu, għall-ħabta tal-11:10, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Partit Laburista kiseb l-akbar maġġoranza fl-istorja politika ta’ pajjiżna.
Fil-ħin li ġej il-Prim Minsitru mistenni jindirizza lill-folla numeruża.