Fil-qorti kienet ilha tinħass il-ħtieġa għall-bżonn li jiżdiedu n-numru t’Awli. Il-Gvern ra li jindirizza din l-isfida u nieda proġett infrastrutturali biex isiru tliet awli ġodda. Dan b’investiment ta’ €750,000 Il-wegħda bdiet titwettaq għaliex tlesta x-xogħol fuq awla minnhom. One News żar din l-awla li se sservi lil bosta ġudikanti.