Kienet kompetizzjoni diffiċli, iżda minkejja li ma kkwalifikatx għall-finali, Destiny Chukunyere li għad għandha biss 14-il sena, tat prestazzjoni mill-aqwa.
Segwit minn eluf u eluf ta’ persuni minn madwar id-dinja, Destiny intgħażlet bħala waħda fost l-40 semi-finalisti oħra li ntagħżlu għas-semi-finali ta’ Britain’s Got Talent. Fejn hi kkompetiet flimkien ma’ kantanti, kummidjanti u żeffiena.
Kienu bosta Maltin, Għwdxin u saħansitra barranin li faħħru lil Destiny għat-talent li għandha u kif mgħandiex taqta’ qalba u tkompli tirsisti f’dak li tixtieq.
Ara lil Destiny tkanta fil-filmat t’hawn isfel.