Il-mument li fih ajruplan baqa’ dieħel f’fabbrika f’Melbourne kien maqbud fuq cameras u qed idur online.
Ħames persuni, dilettanti tal-golf, tilfu ħajjithom fit-traġedja li seħħet qrib Essenson Airport. Aktarx li l-pilota kien Max Quatermain ta’ 63 sena. L-ajruplan iġġarraf wara problema katastrofika fil-magna. Dawn huma ritratti tal-vittmi l-oħra, mal-familji tagħhom.