Il-kantant żagħżugħ Aidan għadu kif nieda l-music video l-ġdid għall-ħames kanzunetta tiegħu.
Aidan għamel ir-ritorn tiegħu wara disa’ xhur, bis-silta ‘The Feeling’ fuq kliem u mużika tiegħu stess .
AIDAN qal li “wara l-Malta Eurovision tas-sena l-oħra, dan kien l-akbar proġett tiegħi”.
Spjega kif qed jippjana li jibqa’ jaqsam siltiet mill-mużika tiegħu u jkollu aktar proġetti bħal dan.
Il-vidjow ta’ ‘The Feeling’ juri l-istorja ta’ żewġ persuni li nibtet l-imħabba bejniethom permezz ta’ raġunijiet ħżiena.
Mal-ewwel darba li jiltaqgħu, huma jsiru koppja kriminali. Flimkien jibdew iwettqu diversi attentati ta’ serq, filwaqt li l-imħabba għal xulxin tkompli tikber.
Wara xhur ta’ tfittxija mill-pulizija, il-koppja sfat maqtula fuq il-post fejn ġiet misjuba.