Kienu 24 siegħa li litteralment ġabuh jitkellem waħdu. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jiffaċja kriżi ġdida. Jum wieħed kien biżejjed biex il-kredibbiltà tiegħu ħadet daqqa ta’ ħarta oħra.
F’dan il-filmat nifhmu fil-qosor kif żviluppaw il-ġrajjiet ewlenin. Kif iffaċjat bl-inkjesta fejn jissemma Beppe Feneh Adami, Simon Busuttil prova jdawwar il-kanuni u spiċċaw jisparaw lejh.