Film kbir ta’ Bollywood qed jinħadem f’Malta bħalissa bl-artista hi l-istess waħda li ħadet sehem f’film li kiser rekords internazzjonali.
Fatima Sana Shaikh hija meqjusa bħala ġdida fix-xena u wara s-suċċess tal-film Dangal daħlet għal avventura kbira oħra li din id-darba ġabitha Malta għall-film Tugs of Hindostan.
It-tim li qed jaħdem fuq il-film, kemm dak tekniku u kemm l-atturi, ilu Malta sa minn Ġunju u rapporti f’midja internazzjonali nnotaw kif l-artista qed tieħu l-okkażjoni biex xħin ma tkunx qiegħda xogħol fuq il-ġbid tal-film tuża l-ħin tagħha biex iddur il-pajjiż. Tant li fil-midja soċjali tagħha qed jispikkaw ir-reklami għal pajjiżna. Il-films ta’ Bollywood huma wieħed mis-setturi li qed ifittex li jiġbed pajjiżna. Dawn huma films li wkoll ikollhom baġit b’saħħtu u produzzjonijiet kbar u l-Kummissjoni Maltija għall-Films qed tara li dawn it-tip ta’ films ikunu fost dawk li tiġbed lejn Malta.