F’anqas minn xahar, ser ikun ħareġ film ġdid dwar il-Prinċipessa Diana. L-attriċi Kristen Stewart qalet li tant kienet anzjuża meta ġiet offruta li tinterpreta l-parti tal-Prinċipessa, li ma setgħetx tiftaħ ħalqha għal ġimgħatejn qabel beda l-ġbid tal-film innifsu.

L-attriċi Kristen Stewart interpretat il-parti tal-Prinċipessa Diana fl-aħħar Milied, qabel isseparat minn mal-Prinċep Karlu fl-1991. Il-Film ”Spencer” mistenni joħroġ għall-pubbliku fil-5 ta’ Novembru li ġej