Il-kandidat għall-elezzjoni presidenzali ta’ Franza Francois Fillon jinsab taħt investigazzjoni formali wara allegazzjonijiet li uża fondi pubbliċi b’mod illegali. Huwa ssuspettat li ħallas mijiet ta’ eluf ta’ ewro lil membri fil-familja tiegħu għal xogħol li m’għamlux.
Fillon qed jiċħad li għamel dan iżda kien diġà stqarr li jekk ikun taħt investigazzjoni formali, jirriżenja mit-tellieqa. Sa ftit taż-żmien ilu kien il-favorit li jirbaħ l-elezzjoni tax-xahar id-dieħel.