Liz Elting hija mara li poġġiet lilha nnifisha fil-lista ta’ Forbes bħala waħda min-nisa Amerikani li għamlu lilhom nfushom sinjuri. Tħobb il-lingwi u sa ma kellha 25 sena kienet diġà ħadmet f’5 pajjiżi differenti.
Fl-età ta’ 26 sena għalkemm kellha Masters degree mill-Università ta’ New York xorta waħda ma sabitx ix-xogħol mixtieq. Spiċċat taħdem ġo uffiċċju fejn anke kienet tagħmel il-kafè lil sħabha għax kienet l-aħħar waħda li daħlet allura kien jimponu ċertà superjorita fuqha anke għall-fatt li kienet mara.
Kien hawn li ltqagħet mal-għarus tagħha u twieldet TransPerfect li llum hija vvalutata ‘il fuq minn biljun dollaru. Din hija kumpannija li tgħin nies oħra jibdew in-negozju u ma jieqfux hemm, iżda jiffjorixxu bil-pass tagħhom.
Tgħid li għall-bidu kienet deċiżjoni li ġiegħelitha tħossha mbeżża’ imma bdiet tinduna li qed tħossha aħjar maż-żmien, taħdem iżjed, tipproduċi iżjed u fl-aħħar mill-aħħar, ir-riżultati bdew ġejjin.
Din hija storja ta’ suċċess fejn minn sempliċi tagħmel il-kafè spiċċat biljunarja. Ara http://www.transperfect.com/ għal aktar dettalji dwar dak li ħolqot Elting.