Missier ta’ 38 sena dalgħodu ammetta fil-Qorti li xerred materjal pornografiku ta’ tfal taħt l-età.
Quddiem il-Maġistrat Nadia-Helena Vella, l-prosekuzzjoni spjegat kif f’dan il-perjodu ukoll, hu nstab ħati li kien fil-pussess ta’ ritratti u materjal pornografiċi oħrajn ta’ tfal minorenni u li ġab minn terzi persuni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Akkużat ammetta fi stadju bikri, bid-difiża titlob ordni ta’ trattament għax għandu problema ta’ xorb u problema relatata ma’ pornografija.
Il-Qorti ordnat id-distruzzjoni taż-żewġ mobiles personali tiegħu.
Il-Maġistrat ordnat divjett fuq ismu minħabba li għandu tifla ta’ 8 snin, filwaqt li isem ir-raġel se jitniżżel fir-reġistru tal-pedofli.
Il-Każ ġie diferit għas-sentenza għal nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Frar fid-9 ta’ filgħodu.